Wednesday, March 4, 2026

Nisa TTD 2027: Riżultat negattiv … prestazzjoni pożittiva

Aqra wkoll

Turkija ……..3

Malta ………0

Fl-ewwel partita valida minn Grupp B2 tal-fażi ta’ Kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2027, li se ssir fil-Brażil, u li ntlagħbet fil-kapitali Torka, Istanbul, Malta sfat megħluba mit-Turkija bl-iskor ta’ 3-0.

Fl-ewwel taqsima, it-Torok kienu aħjar mill-Maltin, iżda fit-tieni taqsima, it-tfajliet tagħna żammew il-pass mal-avversarji, u saħansitra resqu viċin li jsibu x-xibka permezz ta’ Maria Farrugia.

It-Torok għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fis-sitt minuta rebħu corner meta Galats kellha x-xutt mill-viċin tagħha mdawwar mill-goalkeeper, Giulia D’Antuono. 

U mill-corner li rriżulta huma fetħu l-iskor meta Busem Seker xeħtet il-cross insidjuż u Eda Karatas kellha d-daqqa ta’ ras tagħha mill-viċin titkompla għal ġewwa minn Lexije Farrugia fit-tentattiv li tikklerja għal auto-goal ferm sfortunat.

Fit-28 minuta, it-Torok rduppjaw meta EBRU TOPCU, ikkontrollat tajjeb u venvnet xutt b’saħħtu mid-distanza li ma ta l-ebda ċans lil D’Antouono ssalva. 

Il-Maltin wettqu reazzjoni tajba fit-tieni taqisma u fis-66 minuta, Maria Farrugia, kellha x-xutt  minn tarf il-kaxxa li ntemm ftit għoli.

It-Turkija wieġbu fil-75 minuta meta Selen Gul Altunkulak kellha x-xutt sabiħ tagħha salvat tajjeb minn D’Antuono.

Fit-88 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa meta s-sostituta ARZU KARABULUT, li kienet ilha biss sitt minuti fil-ground, żmarkata għal kollox minn taħt il-lasti, bil-kalma kollha xeħtet fix-xibka.

Turkija: Selda Akgoz, Elif Keskin, Meryem Kucukbirinci, Eda Karatas, Fatma Sakar (Ilayda Civelek 72), Ebru Topcu, Halle Houssein (Basak Icinozbekek 78), Busem Seker, Ese Turkoglu (Miray Cin 72), Selen Gul Altunkulak (Arzu Karabulut 82), Kader Hancar – Coach: Necla Gungor Kiragasi

Malta: Giulia D’Antuono, Emma Xuereb (Maya Lucia 46), Stephania Farrugia, Emma Lipman, Jade Flask, Nicole Sciberras (Shona Zammit 62), Lexine Farrugia (Sara Saliba 78), Brenda Borg (Emma Flannery 89), Yulya Carella (Leah Alice Ayres 62), Haley Bugeja, Maria Farrugia – Coach: Manuela Tesse

Referee: Eugenia Gil Soriano (Spanja)

Assistenti: Silvia Fernandez, Estefania Benito (Spanja)

Raba’ Uffiċjal: Lorena Del Mar Gallardo (Spanja)

Skorers: L. Farrugia 7 o.g., E. Topcu 28, Arzu Karabulut 88 (T)

Ammoniti: E. Xuereb, N. Sciberras, E, Lipman, J. Flask (M), K. Hancar (T)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport