Saturday, December 28, 2024

Nisa U/19: Malta megħluba minn Georgia

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta ……….0

Georgia …….1

Fit-tielet partita mir-round ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropew tan-nisa ta’ Taħt id-19-il sena, it-team nazzjonali Malti safa megħlub minn Georgia bl-iskor ta’ 1-0, b’din tkun l-ewwel u l-unika rebħa għalihom f’dan il-grupp. 

B’hekk, il-Maltin temmew fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr ebda punt, sofrew total ta’ seba’ goals u skorjaw żewġ goals.

Dan wara li fiż-żewġ logħbiet preċedenti sfaw megħluba mill-Israel bl-iskor minimu ta’ 1-0 u mir-Rumanija bl-iskor ta’ 5-2.

Kollox ma’ kollox, din kienet partita bilanċjata bir-riżultat seta’ jmur kull naħa iżda Georgia għarfu jagħmlu l-aktar ħaġa importanti, jiġifieri, li jsibu x-xibka.

Kien biss fit-22 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bil-Maltin ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Emma Ciantar xeħtet cross mil-lemin għan-nofs bil-captain Alexandra Gatt ikollha x-xutt mill-viċin li ntemm barra.

Georgia wieġbu tliet minuti wara permezz ta’ free-kick ċentrali ta’ Elene Enjibadze li ġie salvat taj­jeb mill-goalkeeper Giulia D’Antuono.

Fid-29 minuta, il-Maltinreġgħu ħolqu l-periklu meta Emma Ciantar avvanzat taj­jeb u venvnet xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li iżda spiċċa ftit għoli.

Madankollu, fit-32 minu­ta, kienu Georgia li fetħu l-iskor meta minn kontrattakk veloċi, ETER SYU­LASHVILI, avvanzat tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ xutt fil-baxx tefgħet il-ballun fix-xibka.

Malta rrispondew fl-44 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Ileana Farrugia li falliet il-mira.  

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima il-Maltin ħarġu aggressivi u fis-60 minuta s-sostiuta Yulya Carella kellha xutt minn barra l-kaxxa jiġi salvat mingħajr wisq diffikultá minn Eka Tabagari.

It-team immexxi mill-coach Frank Schembri kompla jippressa għall-goal tad-draw u għaxar minuti wara, xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Maya Lucia ġie salvat minn Tabagari.

MALTA: 12-Giulia D’Antuo­no, 4-Tammy Falzon, 6-Michaela Cachia, 8-Emma Cian­tar (17-Iulia Mifsud 84), 9-Kailey Willis, 10-Maya Lucia (5-Elena Sissons 85), 11-Martina Fenech, 13-Alexandra Gatt, 15-RheaBorg (18-Yulya Carella 46), 16-Ileana Farrugia (20-Martina Cortis 77), 19-Mariah Cardona – Coach: Frank Schembri

GEORGIA: 12-Eka Tabagari, 3-Ani Dzadzua, 4-Nino Jgushia, 7-Elene Enjibadze (8-Ana Gobronidze 92), 9-Maiko Bebia, 10-Mariam Modrekiladze (15-Mari Begiashvili 79), 11-Lizi Mtskearshvili, 13-Elene Kakhniashvili, 14-Eter Sulashvili, 16-Tamar Svaidze, 20-Mariam Kapa­nadze  – Coach: Lavrenti Davitashvili

REFEREE: Emanuela Rusta (Albanija)

ASS. REFEREES: Kolets Prenga (Albanija), Irmgard van Meirvenne (Belġju)

RABA’ UFF: Viki De Cremer (Belġju)

SKORER: E. Syulashvili 32 (G)

AMMONITI: M. Lucia, M. Cardona (M), M. Bebia (G)

Ekonomija

Sport