Sunday, January 5, 2025

Nisa U/19: Rebħa kbira għal Malta fuq l-Armenja

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tan-nisa ta’ taħt id-19-il sena ta’ Malta għeleb lill-Armenja bl-iskor kbir ta’ 4-1 fil-partita tal-ftuħ mil-League B Grupp B4 tal-Kampjonat tal-UEFA ta’ taħt id-19-il sena, Rawnd 2 fis-City Stadium f’Abovyan nhar it-Tlieta.

Alexandra Gatt ikkonvertiet penalty wara biss tliet minuti wara li Yulya Carella twaqqgħet fil-kaxxa minn Karapetyan. Sara Saliba irduppjat l-iskor fil-15-il minuta. Lexine Farrugia żiedet il-vantaġġ 13-il minuta fit-tieni taqsima u Sara Saliba żiedet goal ieħor ħames minuti oħra mit-tmiem. Yeritsyan tkeċċiet għall-Armenja fis-87 minuta, iżda żewġ minuti fil-ħin miżjud, naqqsu d-distakk permezz tas-sostituta Tatev Khachatryan.

Malta tilgħab it-tieni logħba nhar il-Ġimgħa kontra l-Gżejjer Faroe.

ARMENJA: Ella Denae De Kruyf, Emma Douzmanian (Yana Gabrielyan 46), Mariam Karapetyan, Hasmik Grigoryan, Emmi Sargsyan (Elina Martirosyan 81), Ani Isabella Safaryan (Tatev Khachatryan 81), Milena Sayadyan, Tahlia Voskanyan, Lusine Kostanyan, Isabela Maneh Nersesian, Rozaline Yeritsyan.

MALTA: Raisa Costantino, Georgiana Mifsud, Tammy Falzon, Lexine Farrugia (Ylenia Grech 88), Sara Saliba, Francesca Bartolo, Alexandra Gatt, Ileana Farrugia (Gaia Antonelli 80), Yulya Carella (Martina Cortis 80), Sarah Vella Barberi (Sabrin Blihi 88), Michela Ionadi (Megan La Rosa 58).

Referee: Andromachi Tsiofliki (Greċja)

Ass. Referees: Vasilia Tsiklitari (Greċja), Veronica Vettorel (Italja)

Raba’ Uffiċjal: Martina Molinaro (Italja)

Ekonomija

Sport