Monday, April 6, 2026

“Nispera li ma jservinix dak”… “il-pizza se tkun f’idi toħorġux flus – ir-rigal tiegħi tal-Għid”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ħames nisa anzani jidħlu fir-ristorant u jpoġġu f’mejda fit-tarf tiegħu. Waħda minnhom twarrab ftit. L-imwejjed oħra jkunu qed jiġu servuti. Wieħed mill-welters ikun barrani minn pajjiż terz. Mhux daqstant importanti minn fejn. Kif rawh, waħda minn nisa tirrimarka li ma tixtieqx li jservihom hu. Tnejn minn sħabha qablu magħha. “Jekk jiġi hu ngħidlu li ma rridx lila imma lil oħra”, b’riferenza għal wejter oħra mara. 

Dan il-wejter kien ftit bogħod. Wisq probabbli induna, bir-reazzjoni tagħhom. Xi ftit Malti jaf ukoll. 

Imma l-wejter baqa’ ftit bogħod minn din il-mejda. Donnu kien qiegħed jistenna xi ħaġa. Għal mument min kien preżenti ħaseb li forsi se jgħidilhom xi ħaġa għal dak li qalu.

L-anzjani bdew jitkellmu bejniethom u litteralment injorawh. Fil-pront titfaċċa l-anzjana l-oħra u hawn instemgħet għajta. “Summer”, mela hawn taħdem?”.

Kif qaltlu hekk resaq fuqha u għannaqha. “Idur fuq l-oħrajn u jgħidilhom. Din tikrili l-flat. Mara tajba ħafna.” L-anzjana tfaħħru ukoll.

Iressqilha is-siġġu biex tpoġġi. Jitkellmu bejniethom. Tgħidilhom li dan u sħabu joqogħdu fl-appartament li għandi Buġibba. Jordnaw. Tgħidlu li se jieħdu ‘biċċa pizza’ kull wieħed”. 

Jiġi wara flit bil-pizez. Kien hemm aktar minn 5 biċċiet. “L-anzjana li ferħet bih tgħidlu li hemm aktar minn ħames biċċiet. Hu idur lejha u jgħidilha li “l-pizza on the house. Ir-rigal tiegħi għal Għid. Dejjem imxejt sew magħna. Stennejtni u tajtni ċans biex iħallas meta waqqfuni mix-xogħol. Dawn hu minn qalbi, għalik u għal ħbiebek”. L-erba’ anzjani l-oħra baqgħu sieka. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport