Sunday, December 22, 2024

“Nistenna li l-Budget 2024 se jkun qiegħed joffri kontinwità u stabbiltà”

- L-ekonomist Clint Azzopardi Flores

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Budget 2024 li se jiġi ppreżentat fit-30 ta’ Ottubru se jkun qiegħed joffri kontinwità u stabbiltà b’diversi modi, fosthom bil-Gvern li jibqa’ jagħti l-għajnuna meħtieġa. Fost dawn hemm dik li l-Gvern jagħti s-sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl u anke fjuwil.

Dan kien il-kumment li ta l-ekomomist f’intervista li kellu ma’ dan il-ġurnal, fejn sostna li dan is-suġġett kien il-fattur ewlieni li ħalla l-ekonomija ġewwa pajjiżna tkompli tikber relattivament ma’ dik tal-Ewropa. Enfasizza ukoll li dan il-fatt, qaluh aġenziji. tal-kreditu bħal fostl-oħrajn FITCH Ratings. B’referenza għall-gvern Malti, Flores qal li dan offra stabbiltà b’saħħitha ħafna, tant li bosta familji setgħu jippjanaw u negozji jkomplu jikbru.

L-ekonomist qal li kieku ma sarx hekk, kien ikun hemm problema kbira. Dan minħabba li l-ekonomija wieħed ma seta qatt ikabbarha bl-istess rati, speċjalment minn wara l-ftuħ. tar-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-Covid-19. Kien hawn fejn irrefera li hu stess analizza d-diskorsi li saru mill-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela, speċjalment dak tal-Mellieħa, fejn Dr. Abela innifsu kien qal li ma għandux qalb jitfa’ l-kontijiet għoljin fuq il-poplu.

Il-Budget se jkun il-pass li jmiss minn diversi aspetti, fosthom fuq livell ekonomiku. Dwar dan, Flores qal li huwa importantissimu li l-Gvern jibqa’ jagħt is-sussidju tad-dawl u anke tal-fjuwil. Dwar il-livell ekonomiku, Flores qal li l-argument dejjem jibqa’ li l-inflazzjoni jħossuha l-aktar familj bi dħul baxx u anke dak medju.

L-ekonomist żied jgħid; “Infatti tgħidli ġustizzja soċjali li min jaqla’ ħafna aktar jieħu s-sussidji wkoll. Hawnhekk il-Gvern qed joqgħod attent li ma jkissirx in-negozji ż-żgħar u medji li daħlu fis-seħħ prattiċi sabiex nimxu lejn is-sostennibilita, inkluż spejjeż relatati ma’ rappurtaġġ, it-tranżizzjoni flimkien ma’ spejjeż ogħla fl-assenza tas-sussidji li tista’ twassal għal problemi ta’ likwidita’ u anke prezzijiet ogħla”.

Kien hawn, fejn Flores żied jgħid li jemmen li l-kwistjoni ta’ prijorita’ ta’ sostennibilitta ħabtet f’mument. kritiku. ta’ inflazzjoni għoljafid-dinja, li kienet imbuttata wkoll millgwerra tal-Ukrajna u r-Russja. Qal ukoll li wieħed jista’ jippostponi ċertu prattiċi fuq aktar snin, kif inhi mfassla mill-Unjoni Ewropea stess.

Il-Budget 2024 ġie definint mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana bħala budgett li se jkun espansorju. Dwar dan, l-ekonomist qal li jaqbel ligħandujkun wieħed espansorju, għax jekk ma jkunx se jkun hemm problemi kbar tul it-triq tas-snin wara li l-miżuri tal-Budget jibdew jidħlu fis-seħħ.

Dwar il-budget espansorju, Flores qal; “ Jekk it-tkabbir ekonomiku jkun imxekkel, il-problemi jikbru, għax il-Kummissjoni Ewropea taqbeż fuq il-Gvern u tagħmillu il-budget hi, minħabba l-problemi tar-regoli ta’ governanza u stabbilitá tal-ewro, inkluż id-deficit u id-dejn. Huwa saħaq ukoll li r-rata ta’ tkabbir ekonomiku għandha tkun akbar, minn dak li nonfqu u li nissellfu.

Flores enfaszza l-fatt li bħala ekonomist ma jaqbilx man-narrattva tal-Kummisjoni Ewropea li tnaqqas is-sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl u l-fjuwil. Qal ukoll li fid-dawl tal-aħħar survey tal-Eurobarometer xeħet dawl li l-Ewropej huma xettiċi fuq il-mod ta’ kif l-Unjoni Ewropea miexja. Dan is-sentiment ġej mill-fatt tat-tgħaffiġ li għamlu fuq livelli diplomatiċi.

Clint Azzopardi Flores temm jgħid li fis-snin li ġejjin ma nistgħux inħallu s-swieq isuqu jekk l-Unjoni Ewropea ma tridx tidħol fi sqaq li tħalli l-lemin estrem kemm bħala gverniijiet u anke rappreżentanti fil-Parlament Ewropew ikompli jerfa’ rasu. Dan jista’ jsir biss jekk il-familj u n-negozji jkunu assistiti kemm biex iżommu il-livell ta’ għejxien b’mod kostanti u anke biex ma jintilfux impjiegi.

Ekonomija

Sport