Sunday, November 24, 2024

“Nitkellem meta rrid” – Cristiano Ronaldo

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo ssorprenda lil kulħadd meta deher waqt konferenza tal-aħbarijiet għall-partita li l-Portugall se jilagħbu kontra Ghana, nhar il-Ħamis liema partita hija valida minn Grupp H. 

Huwa ġie bbumbardjat mill-ġurnalisti fejn staqsewh dwar il-kummenti li għadda fuq il-club tiegħu, Manchester United, fejn litteralment attakka lil kulħadd u għaldaqstant il-club beda proċess legali biex jikkanċella l-kuntratt tal-player ta’ 37 sena. 

Iżda huwa qal: “Nitkellem meta rrid. “F’ħajti, l-aħjar ħin huwa dejjem il-ħin tiegħi … u kulħadd jaf fejn hu miegħi. 

“M’għandix għalfejn naħseb dwar x’jaħsbu nies oħra. Nitkellem meta rrid. Il-players jafuni tassew tajjeb għal ħafna snin u jafu x’tip ta’ persuna jien.

“Peró nixtieq ngħid lill-media kollha biex iħallu lill-players ta’ Manchester United bi kwiethom. Jien għedt dak li kelli ngħid … u forsi għad jiġi żmien li ngħid aktar. 

“Madankollu jien iffokat bis-sħiħ biex ngħin lill-Portugall nirbħu t-Tazza tad-Dinja. Dan huwa grupp ambizzjuż u konċentrat.”

“Għal dawn il-ġimgħat li ġejjin m’iniex se naħseb fuq xejn aktar ħlief li nilgħab għal pajjiżi. Inħossni seren u xejn m’hu se jtellef il-konċentrazzjoni tiegħi.”

Sport