Thursday, December 26, 2024

“Nitolbukom tingħaqdu magħna … toħorġulhomx il-visa u żidu s-sanzjonijiet”

Rappreżentanta tal-moviment Nisa, Ħajja u Libertà fl-Iran dwar membri tar-Repubblika Iżlamika fil-pajjiż

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-bini tal-Parlament Ewropew dagħlodu qed jittella’ seminhar li fih tkellmu r-rappreżentanti tal-moviment Nisa, Ħajja u Libertà fl-Iran, liema moviment din is-sena rebaħ il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb flimkien ma’ Jina Mahsa Amini wara mewtha.

Afsoon Najafi, rappreżentanta ta’ dan il-moviment qalet li l-hijab huwa l-qafas tal-moviment tagħhom iżda mhuwiex l-uniku motiv. Dan hekk kif huma qegħdin jibqgħu jwasslu l-messaġġ tagħhom favur l-libertà taċ-ċittadini f’dan il-pajjiż. 

Najafi mimlija bl-emozzjoni ddeskriviet lil Jina bħala “oħt in-nisa kollha li qegħdin jipprotestaw” u żiedet li hi kienet waħda mill-protestanti li niżlu fit-toroq. Qalet li għaliha li jkollok uffiċjal li jaħseb li jista’ jagħmel li jrid billi jaħtaf tfajla daqshekk żagħżugħa u jisparixxiha b’dak il-mod hija stupidità kbira.

Hija qalet li l-agħar seħħ wara fejn l-Iran irrifjuta li l-familja tagħha tattendi għall-funeral tagħha. 

Hija tenniet li din l-esperjenza tagħhom hija biss parti mill-brutalità tar-reġim Iranjan u li dak li verament għaddej huwa fuq firxa ferm iżjed wiesgħa.

Hija appellat lill-Ewropej biex jekk verament iridu jkunu magħhom u juruhom is-sapprt jeħtieġ li l-membri tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran jiġu trattati bl-istess mod li jitrattaw huma lil nieshom. 

“Tagħtuhomx il-VISA, żidulhom is-sanzjonijiet bl-istess mod li huma jaġixxu magħna ħalli n-nies fl-Iran ikunu jistgħu jitkellmu b’libertà. Nitlobkom biex tingħaqdu magħna. It-tfal tagħhom m’għandhomx jingħataw edukazzjoni mit-taxxi li jinġabru minn ħalq il-bqija tal-poplu, it-tfal ta’ dawn l-uffiċjali jgħixu barra mill-faqar u għalhekk nemmnu li biex issir ġustizzja neħtieġu azzjoni kollettiva”, temmet tgħid Najafi filwaqt li r-rappreżentanta Finladiża Heidi Hautala nnutat li dan il-premju jmur għall-Iranjani kollha li qegħdin jissieltu għal din il-libertà.

Ekonomija

Sport