Sunday, December 29, 2024

“Nittama li rnexxieli nżid l-għarfien dwar dak li qed jiġri fl-Ukrajna”

Melita tipprovdi konnettività lil Rene Rosssignaud fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Melita Limited ipprovdiet konnettività tad-data lill-ġurnalist fotografiku Malti Rene Rosssignaud waqt il-vjaġġ riċenti tiegħu fl-Ukrajna biex jiddokumenta l-gwerra li għaddejja hemmhekk. Permezz ta’ Melita, Rosssignaud seta’ jtella’ ritratti dirett mill-kamera tiegħu fuq l-internet dak il-ħin stess. 

Filwaqt li ddeskriva l-esperjenza tiegħu, Rossignaud qal, “Għall-ġurnaliżmu fotografiku huwa ta’ vantaġġ reali li tkun tista’ ttella’ ritratti immedjatament, mingħajr il-ħtieġa ta’ cables, WiFi jew laptop. Li tkopri żona ta‘ gwerra hija minnha nnifisha imprevedibbli, iżda li jkollok konnessjoni ta’ mobile data affidabbli tgħin ħafna biex tnaqqas ftit mill-inċertezza. Il-konnessjoni li tatni Melita fissret ukoll li stajt naqsam l-esperjenzi tiegħi ma’ kulħadd ġewwa f’Malta, u nittama li rnexxieli nżid l-għarfien dwar dak li qed jiġri fl-Ukrajna.”

Malcolm Briffa, Direttur tas-Servizzi tan-Negozju ta’ Melita Limited, spjega, “Rene kkuntattjana u staqsa jekk Melita tistax tgħin fi proġett ta’ ġurnaliżmu fotografiku li kien qed jippjana fl-Ukrajna. Wara li kopra ħafna kunflitti, Rene huwa konxju tar-riskji involuti biex jgħin lin-nies jifhmu dak li qed jiġri. Naturalment konna lesti li nappoġġjawh b’mobile data biex ikun jista’ jaqsam l-esperjenza tiegħu; il-vidjows li tella’ ta’ kuljum minn uħud mill-ibliet u rħula fl-Ukrajna milquta b’mod tassew ħażin saħħew il-fehma tagħna tar-realtà kiefra ta’ din l-invażjoni.”

Ekonomija

Sport