Dan is-sit jinsab infurmat li l-Pulizija arrestat raġel b’rabta ma’ vandaliżmu fuq diversi vetturi fil-Marsa. Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda fi Triq il-Qaddiefa.
B’reazzjoni, is-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi qal li wara ħidma siewja mill-Pulizija tad-Distrett u s-Supretendent Sandro Camilleri, ir-raġel li għamel ħsara fuq il-vetturi issa nqabad mill-Pulizija u se jittieħdu passi legali.
Huwa qal li jittama li l-Qrati jagħmlu ġustizzja ma’ dawk kollha li ġarrbu ħsarat li jammontaw għal mijiet ta’ ewro.