Min-naħa tagħha, Rosianne Cutajar irringrazzjat lill-elettorat kollu tas-sitt distrett li wrieha l-fiduċja anke minħabba li ma kinitx sena faċli għaliha.
Rigward diċeriji li kien hemm dwarha ftit tax-xhur ilu, Cutajar qalet li tittama li ż-żejt jitla f’wiċċ l-ilma u toħroġ il-verità kollha.
Il-fatt li żiedet fil-voti u li ġiet eletta jkompli jimlieha bil-kuraġġ biex tibqa’ tuża l-enerġija kollha tagħha biex isiru r-riformi u t-tiġdid li hemm bżonn għal dan il-pajjiż.