Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
Ta’ 15-il sena kont nittrenja atletika 100m, long jump, u relay imbagħad kont waqaft u għamilt 20 sena bodybuilding u powerlifting kif ukoll regatta. Imbagħad niftakar li Godwin Agius kien ħeġġiġni biex nagħqdu tim tal-atletika u dhalt l-ewwel fil-5k 3 cities.
X’suċċessi maġġuri rnexxielek tikseb sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?
Niftakar li fl-ewwel tellieqa vera kont għamilt ħin tajjeb ta’ 21.32 u kont għamilt ħafna kuraġġ u minn hemm komplejt l-atletika. Komplejt nittrenja u fil-5k bdejt inġib ħinijiet tajba. Inżilt 17.33 filwaqt li f’sentejn kemm ili nieħu sehem irbaħt diġá sitt Tazzi.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?
Il-futur tiegħi hu li nkompli ntejjeb il-ħin. Importanti li nibqa’ konsistenti f’kull sessjoni li jagħtini l-kowċ Has Kesra u grazzi kbiera lil Mauro li fil-bidu ggwidani huwa u issa mal-kowċ se nagħlaq sena.

