Sunday, December 22, 2024

“Nixtieq inkun naf min kiteb din l-emenda… abbozz li qatt ma kellu jitressaq quddiem il-Kamra”

Aqra wkoll

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Karol Aquilina qal li l-abbozz ta’ liġi li qed jiġi diskuss fih klawsola waħda, li fi kliemu “meta taqraha tifhem li l-abort se jidħol fil-liġijiet ta’ pajjiżna.”

Aquilina qal li l-Oppożizzjoni hi kontra dan l-abbozz li sostna li dan qatt ma kellu jitressaq quddiem il-Kamra. Qal li mhux aċċettabbli li għax Gvern għandu maġġoranza jressaq liġi li m’għandu l-ebda mandat elettorali għaliha.

“Nixtieq inkun naf min kitibha din l-emenda. Nistieden lid-Deputat Prim Ministru jgħid li din ġiet miktuba mit-tali. Min hu dal-persuna li kiteb din l-emenda? Għax anke din hi interessanti,” qal Aquilina.

Huwa kompla billi appella lill-membri parlamentari tal-Gvern biex jieħdu d-deċiżjoni t-tajba fir-rigward ta’ din il-liġi u ma jiddejqux. “Sibu l-kuraġġ li tqajmu din is-sitwazzjoni fil-grupp parlamentari tagħkom jew f’xi organi oħra tal-partit tagħkom, li tiġbdu l-attenzjoni li din is-sitwazzjoni mhix aċċettabbli. Fadlilna numru ta’ ġranet qabel nieqfu għall-Milied. Jista’ jkun li naslu għall-vot ftit jiem qabel il-Milied. Għandkom ċans sa dakinhar. Aħsbu fiha u aġixxu.”

Ekonomija

Sport