Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet għax minn ta’ etá żgħira, dejjem kont nitla’ l- grawnd man-nanniet, u minn hemm xtaqt li nibda nipprattika l-futbol.
U għaliex għażilt proprju r-rwol ta’ goalkeeper?
Minn mindu kont żgħir, dejjem il-kowċis kienu jgħiduli biex noqgħod goalkeeper minħabba li kont tajjeb ta’ dik l-etá u bqajt b’dak ir-rwol s’issa.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Kirkop United FC?
Nixtieq li jkolli staġun tajjeb kemm jien personali kif ukoll it-tim bħala kollettiv, u nilħqu l-għan tagħna kemm jista’ jkun malajr!
Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek ma’ Msida SJ FC, u kemm tgħallimt minnha.
Ma’ Msida SJ FC, minkejja li ġejna relegati, nista’ ngħid li tgħallimt ħafna u grat li lgħabt ħafna logħob, għax żgur li din l-esperjenza ħa tgħinni għal quddiem!
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Għal quddiem qed inkompli nirsisti biex ngħolli l-livell tiegħi u naħdem biex innaqqas kemm jista’ jkun difetti!
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Kompli irsisti u aħdem u xi darba tara r-riżultat!