Saturday, December 21, 2024

“Nixtieq li missieri jiġi lura d-dar għax iqatta’ ħafna ħin l-isptar”; Ittra kommoventi lil Santa Claus li tifel wera lill-uffiċjali tal-POU

Aqra wkoll

“Nixtieq li missieri jiġi lura d-dar għax iqatta’ ħafna ħin l-isptar.” Dan huwa dak li kiteb tifel f’ittra lil Santa Claus, u liema ittra huwa wera lil uffiċjali tal-Police Officers’ Union fi ħdan il-General Workers’ Union meta bħala waħda mill-inizjattivi tagħhom għall-Milied għenu lil familja fil-bżonn.

L-ittra, li tixhed l-innoċenza tat-tfal, turi lista ta’ affarijiet li jixtieq li jirċievi t-tifel, fejn apparti ġugarelli wera x-xewqa tiegħu wkoll li jkollu siġra tal-Milied minħabba li l-ġenituri tiegħu mhumiex f’sitwazzjoni li jixtru waħda, u jixtieq li lkoll bħala familja jkollhom aktar ħbieb.

Huwa għamel aċċenn għas-sitwazzjoni ta’ tbatija li qed jiffaċċja missieru minħabba raġunijiet ta’ mard, fejn esprima x-xewqa tiegħu li huwa jikbirlu xagħru mill-ġdid.

Il-POU tappella biex jekk hemm xi ħadd li jixtieq jgħin jikkuntattjaha direttament biex f’dan il-mument iebes jkunu jistgħu jlissnu tbissima u jqanqlu ferħ fit-tfal.

Ekonomija

Sport