Thursday, August 7, 2025

“Nixtieq nesprimi r-rabja u wkoll id-diżappunt tiegħi” – Il-Ministru Clifton Grima b’referenza għal każ ta’ frodi

Aqra wkoll

B’referenza għal numru ta’ rapporti fil-mezzi tax-xandir dwar membru tal-MCAST imressqa l-qorti dwar frodi u miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi, nixtieq nesprimi r-rabja u wkoll id-diżappunt tiegħi għal dawn il-fatti li llum huma pubbliċi. 

Dan kiein il-messaġġ li wassal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, hekk kif ilbieraħ ressqet il-Qorti, il-Kunsilliera Nazzjonalista fiis-Siġġiewiu eks kandidata tal-istess partit fl-aħħar elezzjoni ġenerali Francine Farrugia , fejn inżammet arrestata. 

Fl-istess messaġġ, il-Ministru Grima qalet li fl-istess xtaq juri wkoll l-apprezzament tiegħu għall-ħidma konġunta li saret bejn il-Korp tal-Pulizija, l-amministrazzjoni tal-MCAST u kull min ħadem biex ikun hemm proċess spedit u effiċjenti. 

Irrimarka li lil hinn mill-identità tal-persuna konċernata u rwoli pubbliċi oħra li din kienet u għadha tokkupa, l-MCAST se tkompli bil-ħidma tagħha favur l-istudenti filwaqt li tassigura li tkompli tissalvagwardja prinċipji tal-governanza, kontabilità u trasparenza.

Tenna li diġà ttieħdu miżuri f’dan is-sens filwaqt li l-ħidma fil-kulleġġ trid tibqa’ għaddejja għall-ġid tal-komunità edukattiva tagħna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport