Minn Cristian Muscat
Kif ġejt tilgħab f’Malta?
Ġejt nilgħab Malta minn Medeama (Ghana) ma’ sitt plejers oħra ma’ Sirens FC fis-sena 2023 u ħadt kuntratt ma’ Mgarr United fl-2024 u kelli kuntratt ieħor ma’ Tarxien Rainbows fl-2025.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Tarxien Rainbows FC.
Ġejt milqugħ tajjeb ħafna u ninsab kuntent mat-tim u nawgura l-aħjar għat-tim anke jekk l-affarijiet mhumiex sejrin kif ippjanat imma nemmen li bit-tim tattiku u l-plejers se nirnexxu.
X’taħseb dwar ir-riżultati u l-prestazzjonijiet miksuba matul dan l-istaġun s’issa?
B’dawn il-plejers tajbin, tim tekniku kapaċi u ħafna sforz it-tim ma jistħoqqlux il-pożizzjoni fil-klassifika tal-kampjonat.
X’inhuma l-għanijiet tiegħek għal dan l-istaġun?
L-għan ewlieni tiegħi huwa li nilgħab tajjeb ħafna u ngħin lit-tim jiskeb post tajjeb ħafna fil-kampjonat.
X’tista’ tgħid dwar il-kowċ, Jacques Scerri?
Huwa kowċ tajjeb ħafna minn dak li nara fil-grawnds tat-taħriġ anke barra mill-grawnd. Huwa aktar bħal missier għal kulħadd.
U dwar il-kumitat immexxi mill-president, Anthony Cassar?
Irrid ngħid li Anthony huwa komunikatur tajjeb ħafna, jaf fejn jidħol għalina speċjalment meta l-affarijiet ma jmorrux kif ippjanat.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti?
Jien fortunat ħafna u kuntent li nilgħab hawn Malta. Huwa Kampjonat ta’ kompetizzjoni għolja ħafna u rrid ngħid li tgħallimt ħafna. Nixtieq nibqa’ hawn għal żmien twil.
U dak tar-riżorsi (il-grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħbiet kompetittivi tagħkom?
Ix-xewqa ta’ kull plejer hija li jilgħab fi grawnd tajjeb u jogħġbuni l-grawnds li hawn f’Malta.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Nixtieq nilgħab fl-ogħla livell, nirbaħ aktar trofej u nibqa’ fil-quċċata għal żmien twil.
Għaddi messaġġ finali lil dawk kollha li jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed sempliċi, irrispetta lil kulħadd, kun af x’tiekol u x’m’għandekx tiekol, kun af meta tistrieħ, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, tiċċajtax mat-taħriġ!

