Friday, October 3, 2025

Nixtiequ aktar investiment u riċerka biex l-iskema tal-ġbir ta’ fliexken tal-plastik tissaħħaħ

Aqra wkoll

Il-kumpanija BCRS meta mistoqsija dwar x’qed tistenna minn dan il-baġit fejn jirrigwarda x-xogħol tagħha, qaltilna li “ bħala l-kumpanija privata responsabbli mill-ġbir tal-kontenituri tal-prodotti tax-xorb inkluż plastik, ħġieġ u aluminju biex finalment jiġu riċiklati, aħna nżommu kuntatt kontinmu mar-regolatur biex b’mod holistiku naħdmu id f’id ma’ l-entitajiet kollha, kemm governattivi u privati biex dejjem intejjbu s-servizz għall-publiku, negozji u finalment nikkontribwixxu għall-miri tat-titjib ambjentali fil-pajjiż. Fil-budget nixtiequ naraw iktar inizjattivi li jinkoraġixxu nvestiment u riċerka minn naħa ta’ l-stakeholders kollha li jikkontribwixxu biex l-iskema tissaħħaħ.

Mistoqsijin dwar x’inhuma id-diffikultajiet li qegħdin tiltaqgħu magħhom u kif taħsbu li għandhom jiġu indirizzati, il-BCRS qaltilna li “bħal kull skema li għadha fl-infanzja tagħha, kien hemm diversi problemi li ħafna minnhom diġa ħadna ħsiebhom u il-pajjiż qed jara r-riżultat. Ma’ dan kollu ma jfissirx li ma għadx baqa’ x’nagħmlu. Fost id-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom regolarment huma ħmieġ li jintefa’ f’ċertu siti matul l-lejl, nuqqas ta’ għarfien fuq l-iskema u ‘compliance’ minn ċerti setturi lejn l-obbligi li ġġorr magħha l-iskema. Għaldaqstant, hemm bżonn ukoll miżuri sostanzjali biex dawk li qed joperaw l-ekonomija s-sewda u għal daqstant ma’ jiddikjarawx il-prodotti li jpoġġu fis-suq jiġu kkontrollati.”

Mistoqsija jekk tħossx li hemm bżonn aktar investiment f’din l-iskema, il-kumpanija qaltilna li “l-iskema tirrikjedi investiment kontinwu biex jinżamm u jittejjeb s-servizz, jiġu miżmuma fi stat tajjeb il-magni u s-siti. Fil-fatt kif diġa ġie mħabbar, b’koperazzjoni ma’ l-aġenzija Clean Malta, ġie introdott s-servizz ‘door-to-door’ għal setturi tas-soċjetà li mhux dejjem għandhom il-possibilità li jaċċessaw il-magni fil-ċentri pubbliċi jew ħwienet. Tajjeb infakkru li bħala kumpanija ‘non-profit’, kwalunkwe surplus mill-iskema jerġa’ jmur lura fis-sistema fil-forma ta’ nvestiment u tħaddim ta’ l-istess skema.”

Mistoqsija jekk hemmx appoġġ biżżejjed mill-Gvern għal din l-iskema, IL-kumpanija tgħi dli “Minkejja d-diffikultajiet inizjali fit-tĦaddim ta’ l-iskema, nistgħu ngħidu li l-iskema qed tilħaq il-miri u obbligi tagħha.

Dan huwa dovut kemm għall-koperazzjoni u diskussjonijet kontinwi ma’ l-awtoritajiet  kif ukoll il-parteċipazzjoni qawwija tal-pubbliku. Definittivament l-iskema għamlet effett poċittiv li qed jidher fuq is-sitwazzjoni ambjentali tal-pajjiż. Minn naha ’l oħra nkomplu nisħqu li inizjattivi għal investiment f’dan il-qasam flimkien ma nfurzar tal-liġi huma imperattivi biex jipproteġu s-sistema lil dawk il-kumpaniji li qed josservaw il-liġi.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport