Leeds United esprimew interess li jiffirmaw lill-winger tal-Club Brugge, Noa Lang fis-sajf li ġej.
Il-ġganti ta’ Yorkshire akkwistaw lil Daniel James mingħand Manchester United ix-xahar li għadda hekk kif Marcelo Bielsa saħħaħ l-għażliet tiegħu f’żoni wesgħin tal-ground.
Madankollu, l-Arġentin għadu ħerqan li jżid lil Lang mal-iskwadra tiegħu f’xi punt matul it-12-il xahar li ġejjin.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena kellu bidu qawwi matul dan l-istaġun, fejn diġà skorja tliet goals u pprovda erba’ assists fl-ogħla diviżjoni tal-Belġju.
Arsenal huma lesti li jħallsu £ 20 miljun biex jirbħu t-tellieqa għall-Olandiż qabel l-istaġun 2022-23.
Madankollu, Brugge jibqgħu f’pożizzjoni soda li jżommuh magħhom, b’Lang fadallu ftit inqas minn erba’ snin mill-kuntratt tiegħu.