“Noah irnexxielu jgħaqqad Nazzjoni.” Hekk stqarr Dun Joseph Curmi waqt l-omelija lj għamel fl-aħħar tislima li ngħata Noah li miet f’inċident fil-pixxina tad-dar fix-Xagħra Għawdex.
Fil-Bażilika Santwarju Madonna ta’ Pinu ppakkjat, f’ħafna nies ma jistgħux jemmnu dak li seħħ, Dun Curmi qal li l-ġenituri ta’ Noah “ħabbrew lil binhom sa mit-tnissil”.
Għaċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Noah attendew fost l-oħrajn il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru Clint Cammileri u l-Ministru Anton Refalo.