AC Milan iltaqgħu ma’ Club Brugge fil-ħidma tagħhom biex jiffirmaw lil Charles De Ketelaere, iżda hu ma kienx l-uniku player li ż-żewġ partijiet iddiskutew.
Id-diretturi Rossoneri Paolo Maldini u Frederic Massara marru l-Belġju biex ikollhom laqgħa wiċċ imb wiċċ mal-kontropartijiet tagħhom tal-Club Brugge, ħerqanai li jiżblokkaw in-negozjati ta’ De Ketelaere. Ir-Rossoneri qed jittamaw li jiksbu l-firma tal-player ta’ 21 sena sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa.
Iżda, huwa mifhum li AC Milan użaw ukoll din il-laqgħa biex jitolbu informazzjoni dwar il-prospett żagħżugħ, Noah Mbamba.