Thursday, December 26, 2024

Nofs miljun persuna f’Beijing jitpoġġew taħt lockdown wara żieda f’każi ġodda ta’ infezzjonijiet

Aqra wkoll

Iċ-Ċina poġġiet lil nofsmiljun persuna taħt lockdown wara li Beijing irreġistrat żieda fin-numru ta’ infezzjonijiet ġodda ta’ coronavirus, li oriġinaw minn suq tal-ikel fil-belt.

Wara li ċ-Ċina rnexxielha żżomm lill-virus taħt kontroll, feġew mijiet ta’ każijiet ġodda ta’ infezzjonijiet f’Beijing u fil-provinċja ta’ Hebei matul dawn l-aħħar ġimgħat.

Uffiċjali tas-saħħa lbieraħ qalu li l-kontea ta’ Anxin – li tinsab madwar 90 mil ’il bogħod minn Beijing – se tkun qed tinżamm magħluqa kompletament. Dan ifisser li se jkunu qed jiġu imposti l-istess miżuri stretti li kienu ddaħħlu fis-seħħ fil-belt ta’ Wuhan aktar kmieni din is-sena.

Persuna waħda biss minn kull familja se tkun qed titħalla toħroġ mid-dar biex tixtri prodotti ta’ ikel u mediċinali.

Dan tħabbar wara li 14-il każ ieħor kienu rapportati matul dawn l-aħħar 24 siegħa f’Beijing, bit-total jitla’ għal 311 sa minn nofs Ġunju fost testijiet lil miljuni ta’ residenti.

Ekonomija

Sport