Thursday, January 30, 2025

Nomina waħda għall-ħatra ta’ Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni fi ħdan il-GWU

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union tinforma lill-imsieħba tagħha li meta llum f’nofsinhar għalqu n-nominazzjonijiet għall-ħatra ta’ Segretarju tat-Taqsima GWU – Marittima u Avjazzjoni, daħlet biss nominazzjoni waħda – dik ta’ Jurgen Azzopardi, li fil-preżent iservi bħala Segretarju tal-GWU Youths filwaqt li għal dawn l-aħħar xhur kien qed jassisti fit-tmexxija tal-istess Taqsima.

Huwa beda l-karriera tax-xogħol tiegħu bħala operatur postali mal-Maltapost għal seba’ snin. Matul dak iż-żmien, Jurgen beda l-attiviżmu tiegħu fis-settur tat-trejdunjoniżmu. Serva bħala rappreżentant tal-fergħa, shop-steward, u aktar tard, ġie elett bħala Assistent Segretarju tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni. Fl-età ta’ 23 sena, Jurgen ġie elett bħala Segretarju taż-Żgħażagħ fi ħdan il-General Workers’ Union.

Hekk kif titlaqqa’ l-Konferenza Ġenerali Straordinarja tikkonferma b’mod uffiċjali l-ħatra ta’ Jurgen Azzopardi bħala Segretarju tat-Taqsima. 

Jurgen Azzopardi, ta’ 26 sena huwa impjegat mas-Settur Pubbliku, gradwat mill-Università ta’ Malta fis-settur tal-Management u l-Amministrazzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport