Tuesday, December 24, 2024

Norveġiż jingħata sentenza sospiża wara li seraq 28 kaxxa karti tal-Pokemon

Aqra wkoll

Joar Lyngass, Norveġiż ta’ 35 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo li kien seraq 28 kaxxa karti tal-Pokemon b’valur ta’ €3,381.

Il-Prosekuzzjoni qalet li n-Norveġiż wettaq din is-serqa minn ħanut f’San Ġwann filwaqt li akkużati b’serq aggravat minħabba li l-ammont kien ilaħħaq €3,381.

Joar Lyngass li fil-Qorti qal li hu residenti Ta’ Sliema u jaħdem bħala Content Writer ammetta mill-ewwel għall-akkużi kontrih. Hu ġie mwissi li bl-ammissjoni tiegħu jista’ jeħel bejn 13-il xahar u 7 snin ħabs.

Iżda l-Prosekuzzjoni qalet minħabba l-ammissjoni bikrija tal-akkużat hu għandu jingħata sentenza sospiża filwaqt li talbet ukoll li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fuq is-sid tal-ħanut.

Il-Qorti filwaqt li sabet lir-raġel ħati kkundannati sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin kif ukoll ħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma. Fis-sentenza tagħha l-Qorti ordni wkoll lin-Norveġiż biex iħallas is-somma lura lill-vittma fi żmien 6 xhur. Min-naħa tiegħu l-akkużat qal li se jkun qiegħed jgħaddi l-ewwel pagament lura lis-sid illejla stess.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Micheal Vella flimkien mal-avukat Nicholas De Gaetano mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Għall-akkużat dehret l-avukat tal-għajnuna legali Julia Micallef Stafrace.

Ekonomija

Sport