Saturday, November 23, 2024

“Notifiki ta’ mewt u twelid se jibdew isiru mill-kumdità tad-dar” – Il-Ministru Byron Camilleri

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri, qal li se jitħabbar platform ġdid biex meta jitwieled xi ħadd ġdid jew imut xi ħadd, dak li jkun ma jkollux għalfejn imur fl-uffiċini ta’ Identity Malta.  F’dawn il-ġimgħat instabu metodi ġodda biex in-notifiki jibdew isiru bl-elettronika u anke qed jittieħdu b’imejl.

Tenna li “dak li qed isir issa bit-teknoloġija, anke meta jgħaddi kollox tista’ tibqa’ ssir. B’hekk inkunu qed niffrankaw il-ħin għal kulħadd u nkunu aktar effiċjenti. Se jitħabbar platform ġdid u permezz tal-EID,  tagħmel dawn in-notifiki mill-privatezza ta’ darek”.

Sport