AC Milan qed jikkunsidraw offerta ta’ Nottingham Forest għall-plejer ta’ nofs il-grawnd tagħhom Yunus Musah. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u għalkemm twieled fl-Ingilterra, għandu ċittadinanza Amerikana tant li hu membru regolari fit-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Ma’ AC Milan ingħaqad fis-sena 2023 fejn lagħab 54 partita għalkemm qatt ma skorja.
Il-Forest qed jikkunsidraw li jġibu lil Musah minħabba li jridu plejer ieħor f’nofs il-grawnd, b’Musah li jiswa madwar €30 miljun.