Nottingham Forest ħatru lil Sean Dyche bħala l-manager il-ġdid tagħhom.
Forest aċċelleraw it-tfittxija tagħhom għal Dyche wara li Ange Postecoglou tkeċċa immedjatament wara t-telfa ta’ 3-0 kontra Chelsea.
L-eks manager ta’ Everton u Burnley, li kien plejer żagħżugħ ma’ Forest, se jkun fit-tmexxija ta’ Nottingham għal-logħba mill-Europa League kontra Porto nhar il-Ħamis.
Billi ffirma kuntratt sas-sajf tal-2027, Dyche jsir it-tielet manager ta’ Forest tal-istaġun b’Postecoglou jieħu post Nuno Espirito Santo wara li l-Portugiż sab diffikultajiet mas-sid Evangelos Marinakis u l-Kap Eżekuttiv Edu Gaspar.
L-eks manager ta’ Tottenham Postecoglou żamm il-pożizzjoni għal 39 jum biss, peressli tkeċċa wara li ma kiseb l-ebda rebħa minn tmien logħbiet – l-iqsar renju maniġerjali permanenti fl-istorja tal-Premier League.
Marinakis kien ikkunsidra kandidati oħra, inkluż l-eks manager ta’ Manchester City Roberto Mancini u Marco Silva ta’ Fulham, iżda Dyche ħareġ bħala l-favorit.
Dyche ilu ma jikkowċja minn Jannar ‘l hawn wara li ħalla lil Everton wara sentejn f’Goodison Park.
Huwa mexxa lit-Toffees fil-Premier League fl-istaħun 2023/24 minkejja tnaqqis fil-punti minħabba ksur tar-regoli finanzjarji tal-Premier League.
Qabel dan, Dyche mexxa lil Burnley għal disa’ snin u nofs fil-Premier League.
Nottingham Forest jaħtru lil Sean Dyche bħala l-manager il-ġdid tagħhom