Monday, October 14, 2024

Nottingham Forest jakkwistaw gowlkiper Grieg 

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf, Nottingham Forest akkwistaw lill-gowlkiper Odisseas Vlachodimos. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u għamel ħames snin ma’ Benfica fil-Portugall fejn magħhom lagħab aktar minn 150 partita. 

L-istess gowlkiper mill-Greċja ried jagħmel bidla u Nottingham Forest kienu t-tim ideali għalih. 

Vlachodimos lagħab ukoll ma’ Stuttgart u Panathinaikos. Hu lagħab ukoll 33 darba mat-tim nazzjonali Grieg. 

Sport