Nottingham Forest iffinalizzaw l-iffirmar tal-midfielder ċentrali ta’ Stuttgart, Orel Mangala, għal somma mhux żvelata.
Aktar kmieni din il-ġimgħa kien irrappurtat li t-team li għadu kif ġie promoss kien laħaq ftehim biex jiffirma lill-player ta’ 24 sena għal madwar £12.75 miljun, u l-iffinaliżżar tal-ftehim tħabbar permezz tas-sit elettroniku uffiċjali tal-club ilbieraħ il-Ħadd.
Il-player li lagħab darntejn mat-team nazzjonali tal-Belġju, iffirma kuntratt fit-tul fis-City Ground, u sar it-12-il akkwist fis-suq tat-trasferimenti impenjattiv għat-team immexxi minn Steve Cooper.