Saturday, September 14, 2024

Noussair Mazraoui segwit minn Real Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid ingħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lid-difensur ta’ Ajax, Noussair Mazraoui, matul is-sajf li ġej.

Il-kuntratt taż-żagħżugħ ta’ 24 sena mal-club tiegħu minn Amsterdam għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u huwa lest li jħalli lill-club bi free transfer qabel l-istaġun 2022-23.

Barcelona kienu marbuta b’mod qawwi mad-difensur lemini, u rapport riċenti sostna li AC Milan u Borussia Dortmund kienu l-kompetizzjoni ewlenija tat-team Katalan għall-firma tiegħu.

Madankollu, Real Madrid jinsabu wkoll sodi fit-tellieqa għall-internazzjonali tal-Marokk, bil-leaders ta’ La Liga jarawh bħala l-player ideali biex isaħħaħ l-għażliet tagħhom fid-difiża.

Lucas Vazquez bħalissa huwa r-riserva ta’ Dani Carvajal fuq in-naħa tal-lemin tad-difiza, iżda l-coach Carlo Ancelotti jingħad li jrid speċjalista ieħor f’dak il-qasam tal-ground.

Mazraoui għamel 25 dehra għal Ajax matul l-istaġun 2021-22, skorja ħames goals u pprovda tliet assists, filwaqt li rrappreżenta lill-ġganti Olandiżi f’127 dehra minn mindu għamel id-debutt tiegħu lura fl-2018.

Ekonomija

Sport