Novak Djokovic huwa ħerqan li jilgħab fl-Open tal-Awstralja iżda huwa f’idejh li “jirrisolvi s-sitwazzjoni” mal-gvern, qal il-kap tat-tournament Craig Tiley l-Erbgħa, filwaqt li kkonferma li r-Russi u l-Belarussi jistgħu jikkompetu bħala newtrali.
Il-kampjonat ta’ din is-sena kien mimli kontroversji hekk kif Djokovic ma ħax it-tilqima kontra l-Covid-19 u ġie deportat mill-Awstralja lejlet il-Grand Slam wara battalja legali dwar l-istatus tal-viża tiegħu.
Id-disa’ darbiet champion mis-Serbja bħalissa qed jiskonta projbizzjoni ta’ tliet snin milli jidħol fl-Awstralja.