Sunday, October 27, 2024

Novak Djokovic ipprojbit mit-tournament li jmiss hekk kif Rafael Nadal jirrtorna

Aqra wkoll

Novak Djokovic jidher li se jitlef ir- Rogers Cup f’Montreal bħala riżultat tal-istatus ta’ tilqim tiegħu kontra l-Covid-19. Iċ-champion ta’ Wimbledon jista’ jitlef aktar ċansijiet fit-taqtiegħa tiegħu ma’ Rafael Nadal bl-Ispanjol se jikkompeti fit-tournament imsemmi.

Djokovic ġie msemmi bħala l-eroj għall-moviment kontra l-vaċċin minn meta ġie deportat mill- Awstralja fil-preparazzjoni għall-ewwel Grand Slam tas-sena bħala riżultat tal-istatus ta’ tilqim tiegħu.

Issa huwa mistenni li jitlef il-biċċa l-kbira tal-istaġun tat-tennis u dan bħala riżultat tal-politika tal-coronavirus fis-seħħ fil-Kanada u fl-Istati Uniti.

Iż-żewġ pajjiżi jeħtieġu li ċittadini barranin ikunu ħadu żewġ dożi tal-vaċċin tal-Covid-19 approvat sabiex jidħlu bir-rebbieħ ta’ 21 titlu maġġuri ma jikkwalifikax.

Dan jista’ jkun diżastruż fit-tfittxija ta’ Djo­kovic biex jitqies bħala l-GOAT (Greatest Of All Time) – l-aqwa wieħed ta’ kull żmien tat-tennis maskili.

Is-Serb tilef ħafna kontra Nadal bħala riżultat tan-nuqqas tar-rieda tiegħu li jkun imlaqqam u jista’ jkun lest li jaqa’ aktar lura mill-ispeċjalista tat-tafal fir-rebħ tat-tournaments bħala riżultat.

Eugene Lapierre, id-direttur tat-tournament ta’ Montreal, tkellem speċifikament dwar il-parteċipazzjoni ta’ Djokovic.

Huwa stqarr li Djokovic se jkun nieqes mill-kampjonat flimkien ma’ Alexander Zverev li għadu qed jirkupra mill-injury tiegħu fil-French Open. “Se jkollna tournament mill-aqwa,” huwa ħabbar. “L-aqwa players kollha se jkunu hawn ħlief għal tnejn u nafu r-raġunijiet għan-nuqqas tagħhom.

“Jew il-Gvern Kanadiż se jbiddel ir-regoli dwar it-tilqim jew hu se jxammar il-kmiem tiegħu u jieħu t-tilqima. Iżda ma naħsibx li xi wieħed minn dawk ix-xenarji huwa realistiku.”

Il-Gvern Kanadiż ħabbar li Djokovic mhux se jirċievi trattament speċjali. Meta tkellem b’mod espliċitu dwar l-istatus tal-player ta’ 35 sena, il-Ministru tas-Saħħa Kanadiż, Jean Yves Duclos, qal: “Ir-regoli japplikaw għal kulħadd. Hemm xi eċċezzjonijiet, iżda … ir-regoli japplikaw għal kulħadd. Il-pandemija tal-Covid-19 għadha ma spiċċatx.”

Riċentement Djokovic ħabbar li mhux qed jippjana li jitlaqqam, u għalhekk il-parteċipazzjoni tiegħu fit-tournament diġa’ tidher li hija destinata.

Lapierre tkellem ukoll dwar il-parteċipazzjoni ta’ Nadal fit-tournament. Il-player ta’ 36 sena kien ġie sfurzat jirtira minn Wimbledon, riżultat ta’ tiċrita addominali, iżda jidher li se jirkupra fil-ħin biex jieħu sehem meta tibda r-Rogers Cup fil-bidu tax-xahar id-dieħel. “Nadal verament irid jiġi f’Montreal u l-kmamar tal-lukanda tiegħu diġà huma bbukkjati,” spjega Lapierre.

“Hu kien mibgħut ċestun blalen biex juża matul it-tournament biex jipprepara. Huwa kellu jirritorna għat-taħriġ nhar it-Tnejn.” Players Russi u Belarussi bħan-numru wieħed tad-dinja Daniil Medvedev u Andrey Rublev huma wkoll lesti li jagħmlu r-ritorn tagħhom fit-tournament wara li l-organizzaturi ta’ Wimbledon ipprojbix­xewhom milli jikkompetu f’SW19.

L-istatus tat-tilqim ta’ Djokovic qed ikompli jikkawża kontroversja hekk kif l-opportunitajiet tal-karriera tiegħu qed ikomplu jieħdu daqqa ‘l isfel. Il-konversazzjoni u d-dibattitu dwar il-kwistjoni jidhru li se jkomplu matul it-bandal tal-Amerika ta’ Fuq.

Sport