Sunday, November 24, 2024

Novak Djokovic tliet rebħiet biss ‘il bogħod milli jirbaħ il-Paris Masters

Aqra wkoll

It-tennista Serb Novak Djokovic hu biss tliet rebħiet ‘il bogħod milli jirbaħ il-Paris Masters wara li lbieraħ filgħaxija għeleb lil Karen Khachanov tar-Russja 6-4, 6-1 fit-tielet rawnd ta’ logħob.  

Wara li l-ewwel set kien ferm ibbilanċjat, it-tieni set kien iddominat minn Djokovic li beda jagħti punti kruċjali sabiex wasal għar-rebħa finali.  

Sadanittant din il-logħba bejn Djokovic u Khachanov kienet ripetizzjoni tal-finali tas-sena 2018 mill-istess kompetizzjoni. 

Fil-konfronti bejn dawn iż-żewġ plejers,  Djokovic għandu rekord ta’ tmien rebħiet kontra rebħa waħda li kellu l-avversarju Russu.  

Sport