Saturday, December 21, 2024

Tennis: Novak Djokovic u Casper Ruud fil-finali tal-ATP

Aqra wkoll

Novak Djokovic irid jegħleb lil Casper Ruud għall-ewwel suċċess tiegħu tal-ATP Finals mill-2015 wara li fis-semi-fiali għeleb lil Taylor Fritz 2-0, f’Turin.

Peró ma kinetx rebħa faċli għas-Serb hekk kif l-Amerikan kien sfida denja meta ż-żewġ sets kellhom imorru għal tie-break.

Madankollu, Djokovic, ta’ 35 sena, wera l-potenzjal tiegħu biex ħareġ rebbieħ 7-6 (7-5) 7-6 (8-6) u issa se jiltaqa’ man-Norveġja Ruud – li għeleb lil Andrey Rublev.

“Kienet rebħa mill-aktar diffiċli,” qal Djokovic.

“Kont konxji li din il-logħba kienet se tkun diffiċli wara l-logħba kontra Daniil Medvedev. Barra minn hekk ninsab konxju wkoll li rrid iż-żmien biex naġġusta u nsib il-moviment dinamiku li għandi bżonn kontra Fritz, li huwa wieħed mill-aqwa servers tat-Tour.

“Ninsab kuntent ħafna li avvanzajt għall-finali peress li ma naħsibx li kienet waħda mill-aqwa wirjiet tiegħi bit-tennis tiegħi, iżda rnexxieli nirbaħ.”

Minkejja li ma rebaħx l-ispettaklu ta’ tmiem l-istaġun għal seba’ snin, il-ħames darbiet champion Djokovic issa jinsab partita waħda biss ‘il bogħod li jilħaq ir-rekord ta’ sitt titli ta’ Roger Federer.

Min-naħa tiegħu, Ruud għeleb lil Rublev tar-Russja 6-2 6-4.

Ekonomija

Sport