Friday, February 28, 2025

Noverġiż imut wara li kellu diffikultà waqt li kien qiegħed f’jacuzzi f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Norveġiż ta’ 22 sena sfortunatament tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed f’jacuzzi f’residenza f’Tas-Sliema.

Kienu għall-ħabta tal-10:15 a.m., meta l-Pulizija ġiet infurmata l kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Viani.

Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lir-raġel mitluf minn sensih. Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, madankollu jidher li l-mewta ma tidhirx li hija waħda suspettuża.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport