Saturday, December 21, 2024

Nqabad f’Nottingham wara aktar minn 70 sena jsuq bla liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anzjan ta’ madwar 85 sena ħalla l-Pulizija ssummati meta ddikkjara li kien ilu jsuq mingħajr liċenzja u polza t’assigurazzjoni sa minn meta kien għadu tifel.

L-anzjan li ismu ma ssemmiex fil-midja nqabad waqt sorveljanza li kienet qiegħda tagħmel il-Pulizija f’Nottingham. 

Mingħajr tlaqliq huwa ammetta li kien twieled fl-1938 u li kien ilu jsuq mingħajr dokumenti sa minn meta kellu 12-il sena. Huwa qalilhom li jħossu fortunat li qatt ma twaqqaf mill-awtoritajiet drabi oħra fil-passat.

Il-Pulizija Ingliża kkonfermat dan il-każ fuq kitba fuq il-midja u żiedet tgħid li fortunatament l-anzjan qatt ma kien involut f’xi inċident, qatt ma darab lil ħadd u ħadd ma spiċċa jbati konsegwenzi finanzjarji minħabba li jkun laqathom waqt li jkun mingħajr polza t’assigurazzjoni.

Ekonomija

Sport