Wednesday, March 26, 2025

Numru rekord ta’ Maltin jagħmluha fil-base camp tal-Everest

Aqra wkoll

Numru rekord ta’ Maltin għamluha fil-base camp tal-Everest illum – immexxija mill-atleta u mountaineer, Ryan Mex.

Huma għadhom kemm għamlu l-istorja bħala l-akbar grupp minn Malta li laħaq EBC, u b’rata ta’ suċċess ta’ 100%.

21 membru flimkien mal-mexxej Ryan Mex laħqu b’suċċess il-base camp tal-Everest illum fis-1pm.

Dan huwa l-akbar grupp fl-istorja minn Malta li tela’ Everest Base Camp, avventura ta’ 12-il jum, mal-grupp Malti, MexVentures.

Din l-avventura hija xhieda ċara li anke minn gżira fil-livell tal-baħar, il-Maltin komuni jistgħu jirnexxu f’altitudni għolja. Huwa ta’ ispirazzjoni li tara nies minn oqsma differenti tal-ħajja, etajiet differenti, jingħaqdu flimkien u jagħmlu l-ħolma tagħhom realtà.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport