Thursday, December 26, 2024

Numru ta’ persuni arrestati wara li nstabu jgħixu f’Malta illegalment

Aqra wkoll

Ħidmet il-Pulizija fil-qalba tal-komunitajiet tibqa’ ta’ kuljum għaddejja, liema ħidma hi ta’
servizz għan-nies u għaż-żamma tal-ordni pubblika, bil-għan li pajjiżna jibqa’ jkollu lokalitajiet siguri.

Fi spezzjonijiet marbuta mal-immigrazzjoni irregolari, ġie nnutat li l-maġġoranza tal-persuni spezzjonati kienu konformi mal-liġijiet ta’ pajjiżna. Matul il-jum tas-Sibt, waqt spezzjoni tal-immigrazzjoni, numru ta’ persuni ġew arrestati wara li nstabu jgħixu b’mod irregolari fil-pajjiż.

Prinċiparjament dawn instabu f’Raħal Ġdid u fil-Fgura. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni
huma Sirja, Somalia, Pakistan, Mali, Niġerja, Guinea, Gambja u Ghana.

Huma immedjatament ġew arrestati u qed jinżammu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni, biex minnufih jibda l-proċess ta’ ritorn.

Sa mill-bidu ta’ dan ix-xahar, ‘l fuq minn 75 persuna oħra ġew imkeċċija minn Malta, wara li nstabu jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.

Dawn l-ispezzjonijiet kienu mmexxija mill-Pulizija, bl-assistenza tal-uffiċjali tas-Se

Ekonomija

Sport