L-awtoritajiet Żvizzeri qalu li diversi persuni nqatlu u oħrajn sfaw midruba fi splużjoni li seħħet f’bar fil-belt ta’ Crans-Montana kmieni l-Ħamis filgħodu.
F’kumment mal-midja internazzjonali, il-kelliem għall-pulizija Gaetan Lathion qal li l-isplużjoni seħħet għall-ħabta tas-1.30 a.m. f’bar imsejjaħ Le Constellation, li huwa popolari ferm mat-turisti, fejn kienu qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-bidu tas-Sena l-Ġdida.
Il-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa.


