Wednesday, December 25, 2024

Numru ta’ persuni jitilfu ħajjithom f’attakk terroristiku fil-Jemen

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 22 persuna tilfu ħajjithom u mal-50 oħra ndarbu f’attakk terroristiku li seħħ fl-ajruport tat-tieni l-ikbar belt tal-Jemen, Aden. Dan hekk kif il-gvern il-ġdid kien għadu kif qiegħed jasal mill-Arabja Sawdija. 

Rapporti minn fuq il-post kienu qed jgħidu li kien hemm minn tal-inqas splużjoni waħda hekk kif il-ministri kienu qegħdin jippreparaw biex jinżlu minn fuq l-ajruplan. Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru tal-Jemen Maeen Abdulmalik Saeed qal li hu u l-kabinett jinsabu tajbin. Il-Ministru tal-Informazzjoni Moammer al-Eryani akkuża lir-ribelli Houthi li wettqu dan l-attakk li hu ddeskrivih bħala “attakk terroristiku kodard”. 

Il-Jemen ilu mill-2015 maqbud f’kunflitt ċivili, liema kunflitt kien intensifika sew meta l-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija bdiet operazzjoni militari biex telgħeb lill-Houthis u terġa’ tpoġġi lill-President Abdrabbuh Mansour Hadi fil-kariga. 

Dan il-kunflitt ħalla xejn inqas minn 110,000 persuna mejta u wassal għall-agħar diżastru umanitarju li hawn fid-dinja bħalissa. Miljuni ta’ persuni spiċċaw mingħajr il-provvisti meħtieġa u ħalla lil dan il-pajjiż iktar vulnerabbli għall-pandemija tal-Covid-19. 

Ekonomija

Sport