Friday, November 15, 2024

Numru ta’ persuni mejta f’valanga ta’ tajn li niżlet fuq villaġġ fil-Kolumbja

Aqra wkoll

Valanga kbira ta’ tajn ikkawżata minn xita qalilha ħalliet minn tal-inqas 14-il persuna mejtin fiċ-ċentru tal-Kolumbja. Apparti hekk, 35 persuna oħra qed jingħataw il-kura l-isptar minħabba ġrieħi li sforew. 

Ritratti u filmat li ġew ippubblikati fil-midja juru żoni mgħarrqin taħt it-tajn, fejn mijiet ta’ persuni spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom. Il-każ seħħ ġewwa l-muniċipalità ta’ Dosquebradas, ġewwa l-proviċnja Risaralda. Minħabba dan kollu, residenti li jgħixu f’żoni fil-qrib kellhom wkoll jiġu evkawtati bħala prekawzjoni. 

Fid-dawl ta’ dan kollu, fl-aħħar sigħat kompliet tintensifika l-ħidma tas-salvataġġ fejn timijiet ta’ ħaddiema qed ifittxu qalb it-tajn bil-għan li jinstabu iktar nies ħajjin. L-uffiċjali tal-pajjiż qalu li hemm il-biża’ li n-numru ta’ persuni mejta jista’ jkompli jiżdied hekk kif għadd ta’ persuni li għadhom irrapportati nieqsa. 

Każijiet ta’ valangi ta’ tajn huma tista’ tgħid komuni ġewwa l-Kolumbja, u djar li huma mibnija taħt muntanji u għoljiet ta’ spiss jispiċċaw vittmi ta’ każijiet bħal dawn fl-istaġun tax-xita. Fl-2019, minn tal-inqas 28 persuna kienu tilfu ħajjithom f’każ li kien seħħ ġewwa l-provinċja Cauca. Sentejn qabel, iktar minn 250 persuna kienu tilfu ħajjithom f’valanga li laqtet il-belt ta’ Mocoa. 

Ekonomija

Sport