Saturday, October 26, 2024

Numru ta’ priġunieri m’għandhomx x’jilbsu u jkollu jagħmel tajjeb għal dan il-ħabs

Aqra wkoll

Fil-Faċilità korrettiva ta’ Kordin hemm ammont ta’ priġunieri li m’għandhomx x’jilbsu u l-ħabs irid jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas. Ikkonferma dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Fir-rigward tal-uniformi l-ġdida tal-priġunieri l-Ministru Camilleri żied jgħid li d-disinn tal-ħwejjeġ sar mill-ħajjata tal-ħabs, u jikkonsistu minn t-shirts u shorts sajfin. Huwa żied jgħid li l-materjal huwa cotton ċlest għas-sajf u jeans ikħal għax-xitwa.

Fl-istess waqt ikkonferma li m’hemm xejn striped fil-ħwejjeġ li jingħataw lill-priġunieri.

Sport