Sunday, December 22, 2024

Nuno Espirito Santo se jibqa’ ma’ Tottenham … għalissa

Aqra wkoll

Iċ-chairman ta’ Tottenham Hotspur, Daniel Levy, m’għandu l-ebda pjan immedjat li jeħles lil Nuno Espirito Santo mid-dmirijiet tiegħu.

L-ex coach ta’ Wolverhampton Wanderers kellu bidu mill-aqwa bi tliet rebħiet konsekuttivi fuq Manchester City, Wolves u Watford biex telgħu fil-quċċata tal-klassifika.

Madankollu, Spurs minn dakinhar sofrew tliet telfiet kontra r-rivali ta’ Crystal Palace, Chelsea u Arsenal, li wasslu għal spekulazzjoni li l-żmien tiegħu fit-tmexxija ta’ Tottenham jista’ jkun limitat.

Ix-xogħol ta’ Santo jidher li hu sikur għalissa, madankollu, hekk kif Levy poġġa l-fidi tiegħu fil-Portugiż minkejja l-forma allarmanti tal-Lilywhites.

Is-sitwazzjoni ta’ Santo ġiet milqugħa b’simpatija mill-iskwadra ta’ Spurs, b’uħud mill-players veterani jemmnu li għandhom ukoll jerfgħu l-piż.

Il-kuntratt ta’ Santo ma’ Spurs jibqa’ għaddej sal-2023, u żgur li r-rebħa kbira ta’ 5-1 kontra NS Mura fil-konfront tal-Europa Conference League tal-Ħamis, serviet biex tgħolli l-moral tagħhom.

Ekonomija

Sport