Sunday, November 24, 2024

Nuqqas ta’ ikel, ilma u mediċini f’Mariupol wara iktar minn 50 ġurnata ta’ assedju

Aqra wkoll

“Madwar 130,000 ċittadin/a Ukren/a li għadhom qed jgħixu f’Mariupol u li ilhom assedjati mill-forzi Russi għal iktar minn 50 ġurnata, qed isofru bosta nuqqasijiet – nuqqas ta’ ħajja, nuqqas ta’ ikel, ilma u mediċini”. Dan qalu d-Deputat Sindku ta’ Mariupol, Sergei Orlov, waqt intervista li kellu mal-BBC.

Huwa fisser li qed tkun diffiċli immens sabiex is-suldati Ukreni li jinsabu f’Mariupol jegħlbu lir-Russi li bħalissa qed jiċċirkondaw l-impjant tal-azzar ta’ Azovstal. Dan hekk kif ir-Russi qed jużaw armi bil-wisq aħjar minn dawk tal-Ukreni u qed ikomplu jirrikorru għall-missili waqt li jattakkaw mill-ajru.

Orlov jisħaq li l-Ukrajna teħtieġ armi aħjar mill-iktar fis possibbli sabiex tevita li din il-belt taqa’ taħt il-kontroll assolut tar-Russi. 

Sport