Tuesday, December 24, 2024

NUQQAS TA’ INFERMIERA U CARERS GLOBALMENT … GĦALIEX?

Aqra wkoll

In-nuqqas ta’ infermiera u carers hawn Malta kif ukoll fuq livell internazzjonali mhuwiex suġġett ġdid. Din il-problema ilha tiġi diskussa imma issa din is-sitwazzjoni qed toħloq tħassib sinifikanti għas-sistema tal-kura tas-saħħa.

Hekk kif in-nuqqas ta’ infermiera u carers attwali qed jikber, il-pressjoni se tintensifika biex jimtlew dawn il-postijiet battala.

L-industrija tal-kura tas-saħħa madwar id-dinja għaddeja minn trasformazzjoni radikali. Il-kura tas-saħħa tal-lum dejjem qed timraħ u tevolvi bit-teknoloġiji emerġenti (jiġifieri, charting kompjuterizzat, amministrazzjoni ta’ medikazzjoni bil-barcode). Fil-każ ta’ pajjiżna, il-mudell tal-kura tas-saħħa li għandha Malta kkomparat ma’ ċerti pajjiżi huwa ta’ livell għoli ħafna. Dan kollu qed ikompli jżid id-domanda għal aktar reklutaġġ. Domanda li trid tiġi indirizzata. 

Hemm erba’ kontributuri ewlenin għan-nuqqas ta’ infermiera u carers:

Infermiera u carers li qed jirtiraw jew dawk li jagħżlu li jħallu jew jibdlu l-professjoni;

Il-popolazzjoni li qed tixjieħ kif ukoll il-livell ta’ kura li jeħtieġu l-pazjenti qed dejjem jikber;

Infermiera eżawriti speċjalment wara l-pandemija.

Il-professjoni tal-infermiera u carersi hija professjoni intensiva u vokazzjonali fl-għarfien mibnija fuq snin ta’ esperjenza u taħriġ fuq il-post tax-xogħol. Mhux biss il-professjoni mistennija titlef numru kbir ta’ infermiera u carers li jirtiraw, iżda meta jitilqu jintilfu wkoll is-snin ta’ esperjenza u għarfien li jkunu akkumulaw. Dan iħalli vojt kbir u piż fuq l-infermiera u carers ġodda.

Kawża oħra li tħalli impatt fuq in-nuqqas ta’ infermiera u carers hija li n-nies qed jgħixu aktar minħabba l-avvanz fix-xjenza medika. Aktar ma qed jogħla l-livell ta’ għarfien u servizzi aktar qed tiżdied il-pressjoni. Hekk kif il-popolazzjoni qiegħda dejjem tixjieħ, in-numru ta’ kundizzjonijiet tas-saħħa, mard kroniku li jeħtieġu dawn servizzi tal-kura tas-saħħa jikbru. Ħtiġijiet li jkomplu jżidu t-talba għall-infermiera u carers għal kura ta’ kwalità b’mod sikur.

Kontributur finali kruċjali li jiġi enfasizzat huwa l-eżawriment tal-infermiera speċjalment wara l-pandemija COVID-19. Bin-nuqqas ta’ infermiera u carers u l-kumplessità tal-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa, ħafna infermiera u carers huma mħaddma żżejjed u eżawriti emozzjonalment. 

Jekk in-nuqqas ta’ infermiera u carers ma jiġix indirizzat, se nibqgħu naffaċċjaw il-problema. Huwa ċiklu li jeħtieġ li jinkiser. 

Ekonomija

Sport