Id-Deputat Nazzjonalista, Stephen Spiteri fil-ħin tal-aġġornament tkellem dwar kif fl-isptar Sanmaritan it-Tajjeb hemm nuqqas ta’ infermiera u l-kura mhux adegwata għal anzjani li qed jittieħdu hemm u li huma morda bil-Covid19.
Tenna li “fl-Isptar Sammaritan it-Tajjeb hemm sitwazzjoni inkwetanti. F’dan hemm anzjani li huma infettati bil-Covid-19. Suppost dan sar biex jingħataw l-aħjar kura imma naħseb li qegħdin ‘il bogħod minn dan. Dan il-post naraw li m’hemmx biżżejjed infermiera biex jieħdu ħsieb il-pazjenti. M’hemmx biżżejjed kura medika biex dawn il-pazjenti jingħataw kontra dan il-virus. Qed naraw li l-anzjani qed imorru ħażin u llum kellna erba’ anzjani li mietu. Irrid niġbed l-attenzjoni tal-gverrn u tal-Ministru għas-Saħħa. Jekk aħna qegħdin inħejju post fejn hu l-aħjar biex l-anzjani jiġu trattati, ejja naraw li l-istandards ikunu adekwati.”