Wednesday, April 24, 2024

“Nuqqas ta’ uffiċjali qiegħed jikkawża stress fuq il-Pulizija f’Għawdex”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju tal-POU Chris Ellul kellimna wkoll dwar is-sitwazzjoni f’Għawdex waqt intervista riċenti li kellu ma’ Talk.mt.

Dwar is-sitwazjoni tal-Pulizija f’Għawdex, qalilna li “kull ma jmur qegħdin dejjem jonqsu n-nies. Meta tikkumpara r-ratio ta’ persuni jgħixu Malta u Pulizija stazzjonati f’Malta ma’ dik ta’ kemm hemm nies f’Għawdex u Pulizija,  hemm diskrepanza kbira”, jgħid Ellul.

Filfatt skontu biex niġu bl-istess ratio f’Għawdex irid jkun hemm 180 Pulizija mentri bħalissa kull ma hemm hu biss 100 Pulizija.

“Ovvjament dan joħloq stress fuq il-Pulizija f’Għawdex. Ta’ min isemmi li fil-każ ta’ Għawdex jekk jinqala’ xi ħaġa jrid jaħdem b’dak li hemm mentri Malta hemm diversi branki li jassistu. Talba li għamilna hi li titwaqqaf skwadra ta’ EPU. Din tkun tista’ tagħmel xogħol iktar profesjonali għax tkun iffukata fuq dan ix-xogħol biss. S’issa it talba ma ntlaqetx”, tenna Ellul.

Sport