Saturday, December 21, 2024

Obama jgħid li Kamala hija lesta biex toffri kapitlu ġdid lill-Amerikani

Aqra wkoll

Waqt il-Konvenzjoni Nazzjonali Demokratika, Michelle u Barack Obama taw l-approvazzjoni tagħhom għall-kandidatura ta’ Kamala.

Huma ħeġġew lill-partitarji tal-partit madwar l-Istati Uniti biex joħorġu jivvutaw biex flimkien jaslu biex jegħlbu lil Donald Trump fl-elezzjonijiet ta’ Novembru.

Is-sinjura Obama ddeskriviet il-kandidatura ta’ Kamala bħala r-ritorn tat-tama tal-partit quddiem il-folla f’Chicago u żiedet tgħid li l-kampanja tagħha hija eku tal-kampanja ta’ żewġha għat-tama u l-bidla.

Fid-diskorsi tagħhom, l-aktar persuni popolari tal-Partit Demokratiku faħħru lis-sinjura Harris, filwaqt li kkritikaw lil Trump li fi kliem l-eks President Amerikan Barack Obama, il-presidenza tiegħu kienet ikkaratterizzata minn “Kaos”.

Il-koppja wissiet ukoll lill-partitarji tagħhom biex ma jintilfux minn dik li tibqa’ tellieqa stretta għall-aħħar u saħqu li l-elezzjoni se tiġi deċiża f’għadd kbir ta’ stati ewlenin.

“Resqin lejn kapitlu ġdid. Ninsabu lesti għall-President Kamala Harris. U Kamala Harris tinsab lesta għal dan l-irwol”, saħaq l-eks President Amerikan fl-età ta’ 63 sena.

Ekonomija

Sport