Thursday, December 26, 2024

Obbligati jilbsu kpiepel biex ma jqarrqux fl-eżamijiet

Aqra wkoll

Ritratti ta’ studenti libsin kpiepel f’rashom biex ma jqarrqux fl-eżamijiet iċċirkolaw fuq il-mezzi soċjali fil-Filippini u wasslu għal diversi reazzjonijiet.

Studenti ta’ kulleġġ fil-belt ta’ Legazpi ntalbu jilbsu xi ħaġa f’rashom li ma tħallihomx iħarsu lejn il-karti ta’ ħaddieħor. Kien hemm min libes fradal, kaxxi u kartuni tal-bajd fost materjal ieħor riċiklat. 

Waħda mill-għalliema qal lill-ġurnalisti barranin li kienet qed tfittex “mod divertenti” filwaqt li tiżgura “l-integrità u l-onestà” fil-klassijiet tagħha. Din l-idea ġiet implimentata għal waqt l-eżamijiet ta’ nofs it-terminu.

Ekonomija

Sport