Thursday, April 18, 2024

“Obbligu tal-PM li jindirizza l-effett tal-għoli tal-ħajja li qed jgħaffeġ eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li sakemm ir-Russja tkun għadha kapaċi tinvadi pajjiż sovran, kull nazzjon ieħor ma jistax iħossu sigur minn theddid illeġittimu lejn l-integrità territorjali tiegħu.

Huwa nnota li s-sitt pakkett ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja se jiġi implimentat mill-iktar fis. Hawn iżda esprima t-tħassib tiegħu kif dawn il-prijoritajiet qed jiġu tradotti f’azzjoni f’Malta.

“Li rridu mingħand il-Prim Ministru hu rendikont ta’ kif dawn is-sanzjonijiet se jaffettwaw lil Malta. Għandna nkunu nafu li meta l-Prim Ministru jwiegħed l-appoġġ ta’ Malta għall-pakkett ta’ sanzjonijiet ikun jaf li Malta tista’ terfa l-piż tal-azzjonijiet fil-prattika. Li hu żgur, l-azzjonijiet iridu jittieħdu, irridu naraw li r-Russja tieqaf tuża prodotti agrikoli ta’ ikel bħala arma,” qal Grech.

Dwar l-inflazzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li mhux biżżejjed li xi ħadd jgħidilna li hemm pajjiżi li qed jintlaqtu agħar minnha. Tenna li hu l-obbligu ta’ dan il-Gvern u tal-Prim Ministru li jara li jindirizza l-effett tal-għoli tal-ħajja li fi kliemu “mhux biss qed jinkwieta imma qed jgħaffeġ eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin.”

Ekonomija

Sport