Real Madrid qed jippjanaw li jagħmlu offerta ta’ £50 miljun għad-difensur xellugi ta’ Arsenal, Kieran Tierney.
Il-player ta’ 24 sena gawda staġun ieħor mill-aqwa fid-difiża għall-Gunners – fejn skorja goal u pprovda tliet assists fi 22 logħba tal-Premier League s’issa.
Tierney estenda l-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal sas-sajf tal-2026 is-sena l-oħra, u ssemma’ li jista’ jsir il-captain tat-team jekk il-captain attwali Alexandre Lacazette iħalli l-club bħala free agent dan is-sajf.
Madankollu, huwa mifhum li Real Madrid qed jittamaw li jħajru lill-internazzjonali Skoċċiż ‘il bogħod mit-Tramuntana ta’ Londra b’offerta ta’ £50 miljun, iżda se jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Barcelona.
Jidher li l-iscout ewlieni tal-Los Blancos, Juni Calafat, huwa ammiratur ta’ Tierney waqt li evalwa wkoll lil Bukayo Saka, u Arsenal jistgħu jkunu lesti li jissanzjonaw trasferiment għad-difensur xellugi għall-prezz it-tajjeb.
Tierney diġà rebaħ l-FA Cup ma’ Arsenal u skorja erba’ goals u rreġistra 12-il assist f’87 logħba għall-Gunners minn meta ngħaqad magħhom mingħand Celtic fl-2019.